Back to top

Żogħżija Bla Kwiet

Dar l-Istorja Ewropea
Gwida tal-wirja
11 Frar 2019
Numru ta' paġni: 186

F’dawn l-aħħar 70 sena, iż-żgħażagħ fl-Ewropa nbidlu u minn grupp li kien jara l-istorja tiegħu isseħħ, saru grupp li jsawwar l-istorja. Din il-wirja tagħti ħarsa lejn erba' ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ li għexu f’mumenti ewlenin fl-istorja Ewropea: l-aħħar snin tal-erbgħinijiet, is-sittinijiet, it-tmeninijiet u s-snin elfejn. Il-wirja tesplora l-esperjenzi ewlenin taż-żgħażagħ; mill-edukazzjoni u l-impjieg, sal-ħolqien tal-identità u l-esperjenza tal-imħabba.

  • Bl-Ingliż biss
  • ISBN 978-92-846-3145-2
DESKRIZZJONI

Dan il-ktieb ġie ppubblikat fl-okkażjoni tal-wirja "Żogħżija Bla Kwiet" (Frar 2019-Frar 2020). Jiġbor fih saġġi dwar it-temi tal-wirja, minn esperti rinomati mid-dinja akkademika fl-oqsma tal-istorja, is-soċjoloġija u l-istudji kulturali, kif ukoll kontributi mill-kuraturi ta' Dar l-Istorja Ewropea, li jippreżentaw il-wirja nnifisha.

Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb tista' tinxtara mill-ħanut tal-mużew. Ixtri online minn hawn.