Back to top

PUBBLIKAZZJONIJIET

Dar l-Istorja Ewropea għandha l-impenn li xxerred l-għarfien dwar l-istorja Ewropea u li tqanqal diskussjoni pubblika dwar il-preżenza dejjiema tal-imgħoddi fid-dinja tal-lum.

Permezz tal-pubblikazzjonijiet, il-viżitaturi jistgħu jifhmu aħjar kif jaħdem il-mużew, il-filosofija tiegħu u l-kontenut tiegħu f'sens usa'. Il-pubblikazzjonijiet iservu biex jestendu l-esperjenza tal-mużew qabel u wara żjara reali.

F'din it-taqsima, tista' tesplora l-punti bażiċi tal-Wirja Permanenti, skont l-iżviluppi ewlenin fl-istorja Ewropea. Oġġetti importanti fil-wirjiet huma spjegati permezz ta' deskrizzjonijiet dettaljati u studji akkademiċi. 

Nipprovdu wkoll firxa ta' dokumenti b'kontributi għal dibattiti u analiżi dwar temi marbuta ma' Dar l-Istorja Ewropea.

OUR PUBLICATIONS
Uri 1 - 8 ta' 8 ta' elementi
Black cover of catalogue with white objects

Il-proġett "Rimi" jikxef l-istorja moħbija tal-iskart fl-Ewropa filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza s-sinifikat tiegħu bħala indikatur tal-bidla soċjali. Billi jibda mir-rivoluzzjoni industrijali, il-proġett "Rimi" joħodna fuq vjaġġ li jgħaddina mill-iskarsezza ta' żmien il-gwerra u ż-żieda fil-konsumeriżmu ta' wara l-gwerra, u li jispiċċa bil-kriżi tal-iskart tal-lum li diffiċli tingħeleb. Juri l-bidliet kbar li seħħew fil-mod kif ittrattajna l-iskart fis-snin li għaddew,...Kompli aqra

Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta' movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, f'"When Walls Talk" (Meta l-Ħitan Jitkellmu) joħorġu livelli kumplessi ta' firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta' għażla ta' kartelluni mill-kollezzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea.Kompli aqra

Skopri l-istorja tal-affarijiet foloz u l-falsifikazzjonijiet f'wirja temporanja ġdida f'Dar l-Istorja Ewropea fi Brussell. Mill-antikità sal-lum, tgħallem dwar l-affarijiet foloz, kif tagħrafhom u kif tipproteġi ruħek billi taħseb b'mod kritiku.

F’dawn l-aħħar 70 sena, iż-żgħażagħ fl-Ewropa nbidlu u minn grupp li kien jara l-istorja tiegħu isseħħ, saru grupp li jsawwar l-istorja. Din il-wirja tagħti ħarsa lejn erba' ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ li għexu f’mumenti ewlenin fl-istorja Ewropea: l-aħħar snin tal-erbgħinijiet, is-sittinijiet, it-tmeninijiet u s-snin elfejn. Il-wirja tesplora l-esperjenzi ewlenin taż-żgħażagħ; mill-edukazzjoni u l-impjieg, sal-ħolqien tal-identità u l-esperjenza tal-imħabba.

"Creating the House of European History" jagħti ħarsa lejn it-triq twila biex inħoloq dan il-mużew. F'44 artiklu, erbgħin awtur jiddeskrivu dan il-proċess ta' żvilupp affaxxinanti u kkumplikat minn angoli professjonali u personali differenti ħafna. Jirrakkontaw l-ideat u l-isfidi, l-ambizzjonijiet u d-dubji, l-ostakli u s-soluzzjonijiet.

Il-ktieb inħareġ biex jimmarka l-ewwel anniversarju mill-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea fl-okkażjoni tal-konferenza "Europe Exposed"....Kompli aqra

Inti u żżur il-wirja prinċipali, se tinnota li m’aħniex ngħidulek l-istorja ta’ kull nazzjon Ewropew. Minflok, nixtiquk tesplora kif l-istorja sawret sens ta’ memorja Ewropea u għadha qed tinfluwenza l-ħajja tagħna llum u fil-ġejjieni. Bħalma huwa l-każ fil-ħajja tagħna, xi affarijiet nixtiequ niftakruhom, filwaqt li ħwejjeġ oħra nixtiequ ninsewhom. U sintendi, l-istess avveniment jista’ jiġi interpretat minn perspettivi differenti.

Front cover Interactions catalogue

F'din il-wirja qed nippreżentaw il-ħafna tipi differenti ta' inkontri – gwerer, negozjati, kummerċ, ikel, arti, edukazzjoni – u qed nużawhom bħala lentijiet li bis-saħħa tagħhom nistgħu neżaminaw l-istorja Ewropea u l-wirt kulturali li ħolqot.