Back to top

Rimi

L-istorja ta' kriżi moderna

18 ta' Frar 2023 – 14 ta' Jannar 2024

Bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Olandiż, u bil-Ġermaniż

L-Iskart. X'aktarx l-iżjed aspett viżibbli u fiżiku tal-kriżi ambjentali imminenti.

Il-proġett "Rimi" jikxef l-istorja moħbija tal-iskart fl-Ewropa filwaqt li fl-istess ħin jenfasizza s-sinifikat tiegħu bħala indikatur tal-bidla soċjali. Billi jibda mir-rivoluzzjoni industrijali, il-proġett "Rimi" joħodna fuq vjaġġ li jgħaddina mill-iskarsezza ta' żmien il-gwerra u ż-żieda fil-konsumeriżmu ta' wara l-gwerra, u li jispiċċa bil-kriżi tal-iskart tal-lum li diffiċli tingħeleb. Juri l-bidliet kbar li seħħew fil-mod kif ittrattajna l-iskart fis-snin li għaddew, u l-mod kif naħsbu (jew ma naħsbux) dwar l-iskart. Meta wieħed iħares lejn il-passat, il-kritika attwali u s-sejħiet urġenti għal bidla jagħmilhom rilevanti u sinifikanti.

Il-proġett "Rimi" jinkludi:

  • wirja fi Brussell, b'avveniment tal-ftuħ għall-pubbliku fit-18 ta' Frar;
  • pjattaforma diġitali;
  • pubblikazzjoni ta' akkumpanjament li tidħol aktar fil-fond tas-suġġett u tiddokumenta l-proġett kollu kemm hu.
 
Photograph © Mandy Barker
 

Ħarsa ġenerali lejn il-proġett

Taqsima 1 tal-Wirja: Smajtek tgħid "żibel"?

Il-wirja "Rimi" tesplora l-kwistjoni tal-iskart fl-Ewropa minn perspettiva storika, permezz ta' erba' taqsimiet. L-ewwel: Smajtek tgħid "żibel"?

Taqsima 2 tal-Wirja: Minn użu mill-ġdid għal skart (1800 – 1945)

Fil-bidu tas-seklu 19, l-Ewropa esperjenzat tkabbir mgħaġġel fil-popolazzjoni u għaldaqstant produzzjoni ħafna ogħla ta' oġġetti. Dan kien ifisser ukoll kwantitajiet ogħla ta' skart, li spiss kienu jintużaw b'mod kreattiv għall-produzzjoni ta' oġġetti ġodda, xi drabi, anki bl-inċentiv li jinbiegħu.

Taqsima 3 tal-Wirja: Ewropa Li Tarmi (1945 – llum)

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, parti ferm akbar mill-popolazzjoni setgħet taffordja oġġetti għall-konsumatur.

It-Taqsima 4 tal-Wirja: Ngħixu bl-iskart (jew mingħajru)

L-aħħar taqsima tal-wirja tesplora dawk li llum jissejħu l-"4Rs": it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u t-tiswija, filwaqt li jiġu kkonfrontati bi prattiki li kienu sens komun tul iż-żmien.

Proċess ta' Parteċipazzjoni Lokali

Din il-wirja hija dwar l-iskart – x'aktarx l-aspett l-aktar materjali u palpabbli tal-kriżi ambjentali. Għalhekk, dawk li jiġġestuh żgur għandhom xi jgħidulna dwaru! Ir-riċerka tal-wirja twessgħet lil hinn mill-arkivji jew sorsi akkademiċi, billi marret fuq il-post biex titgħallem mill-esperti.

Pjattaforma online

Offerta ta' tagħlim