SENSIBILIZZAZZJONI
Il-proġetti ta' sensibilizzazzjoni f'Dar l-Istorja Ewropea huma ggwidati mill-prinċipji li ġejjin:
- Żvilupp tal-udjenzi: aħna nwettqu taħlita ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni biex insaħħu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u biex inżidu l-għadd ta' viżitaturi u utenti. Inqisu wkoll persuni li mhumiex imdorrija jżuru l-mużewijiet.
- Aċċessibbiltà: l-għan tagħna huwa li nipprovdu aċċess ekwu għar-riżorsi għall-udjenzi irrispettivament mill-post, il-livell ta' edukazzjoni, l-età, l-etniċità, il-kapaċità fiżika jew intellettwali jew il-lingwa tagħhom. Il-wirjiet, is-servizzi u l-programmi jiġu żviluppati fi ħdan qafas inklużiv.
- Konsultazzjoni u riċerka: il-konsultazzjoni u r-riċerka jiffurmaw il-bażi tal-inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni biex jiġi żgurat li l-programmi u l-attivitajiet ikunu rilevanti għall-udjenzi fil-mira identifikati jew għall-komunitajiet parteċipanti.
- Tmexxija: Dar l-Istorja Ewropea għandha rwol ta' tmexxija fil-bini ta' networks li jiffaċilitaw is-sħubijiet, il-kollaborazzjonijiet u l-alleanzi ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra.
Il-proġetti attwali f'Dar l-Istorja Ewropea jinkludu l-wirja itineranti "Fake for Real", is-Siti tad-Demokrazija Ewropea, u s-sħubija pan-Ewropea mal-mużewijiet dwar l-iskart: "Throwaway – a history of a modern crisis" (L-iskart – storja ta' kriżi moderna).