Lunch tours fid-Dar tal-Istorja Ewropea
It-tim ta’ Dar tal-Istorja Ewropea joffri vjaġġ impenjattiv u li jqanqal il-ħsieb fl-istorja Ewropea.
Għaddas fih matul l-ikla ta' nofsinhar u skopri l-wirjiet permanenti u temporanji.
Gwida mit-timijiet tat-tagħlim jew tal-kuraturi tagħna twassalkom għal oġġetti li jiżvelaw il-proċessi u l-fenomeni li sawru l-kontinent.
Segwi t-triq minn sitt sulari u esperjenza l-istorja Ewropea bħal qatt qabel!
It-tours isiru minn 12h15 - 13h00 bl-Ingliż. L-ebda prenotazzjoni mhi meħtieġa.
Iċċekkja l-kalendarju bl-aħħar suġġetti tat-turs ta’ kull ġimgħa.