Back to top

Wirjiet temporanji preċedenti

INTERAZZJONIJIET

5 Mejju 2017 - 31 Mejju 2018

(IL-WIRJA NTEMMET FL-2018)

Matul is-sekli, x'ressaq liċ-ċittadini Ewropej lejn xulxin?

Liema traċċi ta' dawn l-interazzjonijiet tal-imgħoddi nistgħu nsibu f'ħajjitna llum?

"INTERAZZJONIJIET" turi stejjer dwar nies li jmorru min post għall-ieħor u jiltaqgħu, dwar l-ivvjaġġar ta' ideat u merkanzija, dwar laqgħat u skambju, f'viżjoni kalejdoskopika tal-istorja kulturali tal-Ewropa.

"INTERAZZJONIJIET" hija post ta' laqgħa: din it-taqsima tistiednek tinteraġixxi b'modi differenti, l-istess kif għamlu l-Ewropej ta' dari,...

Yellow banner with young people shouting

Żogħżija Bla Kwiet

1 Mar 2019 - 29 Frar 2020

F’dawn l-aħħar 70 sena, iż-żgħażagħ fl-Ewropa nbidlu u minn grupp li kien jara l-istorja tiegħu isseħħ, saru grupp li jsawwar l-istorja. Din il-wirja tagħti ħarsa lejn erba' ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ li għexu f’mumenti ewlenin fl-istorja Ewropea: l-aħħar snin tal-erbgħinijiet, is-sittinijiet, it-tmeninijiet u s-snin elfejn. Il-wirja tesplora l-esperjenzi ewlenin taż-żgħażagħ; mill-edukazzjoni u l-impjieg, sal-ħolqien tal-identità u l-esperjenza tal-imħabba.

Dawn l-esperjenzi huma inevitabbilment...

Fake for Real

1 Ġunju 2020 - 31 Ottubru 2021

(OTTUBRU 2020 - JANNAR 2022)

Fir-rutina tal-ħajja ta' kuljum, il-fatti sensazzjonali, spettakolari u sopranaturali huma tentazzjoni ħelwa. Jippermettulna naħarbu n-normalità. Iżda l-logħba tal-ingann tkun sabiħa biss meta nkunu qbilna li nieħdu sehem fiha. Meta niġu ingannati deliberatament, inkunu fuq in-naħa telliefa f'ħafna aspetti; nitilfu l-flus, il-kredibbiltà, l-integrità jew saħansitra l-eżistenza tagħna.

Filwaqt li l-kwantità attwali ta' (diż)informazzjoni hi bla preċedent, il-problema hi...

It-tiswir tal-Istorja: Niddokumentaw il-Covid

1 Mejju 2020 - 31 Awissu 2020

Fil-bidu tal-2020, Dar l-Istorja Ewropea bdiet proġett ta' ġbir ta' evidenza tal-ħajja fl-Ewropa matul il-pandemija tal-COVID-19, li jiffoka fuq il-fenomeni tas-solidarjetà, it-tama u l-bini tal-komunità. Il-galleriji hawn taħt juru firxa ta' oġġetti dokumentati u mogħtija lill-kollezzjoni tagħna.

Għażla minn dawn tpoġġiet għall-wiri fil- “Fables Room” tal-mużew minn Ġunju sa Diċembru 2020.

Covid fl-Istorja

15 Ġunju 2020 - 31 Awissu 2021

Dar l-Istorja Ewropea nediet proġett ta' ġbir ta' evidenza tal-ħajja fl-Ewropa matul il-pandemija, taħt it-titolu ta' ħidma "Dokumentazzjoni tal-Covid". S'issa dan iffoka primarjament fuq il-fenomeni ta' solidarjetà, tama u bini tal-komunità. Bħala l-pass li jmiss, qegħdin naqsmu l-esperjenzi u r-riżultati minn varjetà ta' azzjonijiet kollettivi differenti tal-mużewijiet. Flimkien dawn jippermettulna nikkollegaw, nikkonfrontaw u nqabblu l-esperjenzi tal-udjenza fil-kontinent kollu.

Pages