Back to top

Żogħżija Bla Kwiet

Int u tikber fl-Ewropa, mill-1945 sal-lum

F’dawn l-aħħar 70 sena, iż-żgħażagħ fl-Ewropa nbidlu u minn grupp li kien jara l-istorja tiegħu isseħħ, saru grupp li jsawwar l-istorja. Din il-wirja tagħti ħarsa lejn erba' ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ li għexu f’mumenti ewlenin fl-istorja Ewropea: l-aħħar snin tal-erbgħinijiet, is-sittinijiet, it-tmeninijiet u s-snin elfejn. Il-wirja tesplora l-esperjenzi ewlenin taż-żgħażagħ; mill-edukazzjoni u l-impjieg, sal-ħolqien tal-identità u l-esperjenza tal-imħabba.

Dawn l-esperjenzi huma inevitabbilment influwenzati mill-politika, is-soċjetà, il-kultura u l-ekonomija tal-era. Iż-żgħożija f'soċjetà għanja u libera hija differenti ħafna minn żgħożija immarkata mill-faqar jew mill-oppressjoni politika.

Fl-Ewropa, iż-żgħażagħ għażlu li jinqatgħu mill-valuri tal-ġenituri tagħhom u jqisu lilhom infushom bħala ġenerazzjoni distinta — "il-ġenerazzjoni tiegħi". Huma ħolqu l-kultura tagħhom b'sett ta' valuri tagħha; il-valuri li ż-żgħażagħ kienu lesti li jiġġieldu u saħansitra jmutu għalihom.

Iżda filwaqt li din il-wirja hija dwar iż-żgħażagħ, mhijiex għaż-żgħażagħ biss. Kollha kemm aħna konna żgħażagħ xi darba, u għad li ż-żgħożija taħrabilna, qajla ninsewha.

Gallerija ta' Filmati 1 – l-oġġetti u l-istorja tagħhom

Gallerija ta' Filmati 2 – l-oġġetti u l-istorja tagħhom

Il-Ġenerazzjoni Silenzjuża tal-Ewropa?

Ġenerazzjoni Rivoluzzjoni

Bejn Disperazzjoni u Tama

Ġenerazzjoni Jien?