Back to top

PUBBLIKAZZJONIJIET

Dar l-Istorja Ewropea għandha l-impenn li xxerred l-għarfien dwar l-istorja Ewropea u li tqanqal diskussjoni pubblika dwar il-preżenza dejjiema tal-imgħoddi fid-dinja tal-lum.

Permezz tal-pubblikazzjonijiet, il-viżitaturi jistgħu jifhmu aħjar kif jaħdem il-mużew, il-filosofija tiegħu u l-kontenut tiegħu f'sens usa'. Il-pubblikazzjonijiet iservu biex jestendu l-esperjenza tal-mużew qabel u wara żjara reali.

F'din it-taqsima, tista' tesplora l-punti bażiċi tal-Wirja Permanenti, skont l-iżviluppi ewlenin fl-istorja Ewropea. Oġġetti importanti fil-wirjiet huma spjegati permezz ta' deskrizzjonijiet dettaljati u studji akkademiċi. 

Nipprovdu wkoll firxa ta' dokumenti b'kontributi għal dibattiti u analiżi dwar temi marbuta ma' Dar l-Istorja Ewropea.

Uri 1 - 4 ta' 4 ta' elementi
Front cover European Commemoration book

It-tiswir ta' Dar l-Istorja Ewropea

Fl-artiklu tagħha, Andrea Mork, Kap Kuratur ta' Dar l-Istorja Ewropea, tesplora l-bażi teorika, l-ideat prinċipali u l-messaġġi storiċi ewlenin li kienu deċiżivi fit-tiswir tal-wirja permanenti tal-mużew il-ġdid. Kompli aqra